Raġel ittieħed l-isptar wara li nstab mitluf minn sensih fir-residenza tiegħu fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17:30 fi triq Santu Wistin fil-Ħamrun. Hu nstab b’qata’ f’idu li ġarrab filgħodu fejn ġara li tard illejla waqa’ bil-konsegwenza li reġa’ fetaħ il-qata.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.