Xufier ittieħed l-isptar wara li nqaleb b’trakk f’għalqa fiż-żona tal-Girgenti.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:30 fiż-żona tal-Girgenti meta għal xi raġuni x-xufier tilef il-kontroll tat-trakk bil-konsegwenza li nqaleb f’għalqa.
Ix-xufier irnexxielu joħroġ waħdu mit-trakk fejn fuq il-post issejħet ambulanza.
Hu ttieħed l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.