Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li t-trakk li kien jinsab fih inqaleb fil-Magħtab.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 fis-sit tal-Magħtab meta t-trakk, misjuq minn raġel ta’ 66 sena residenti l-Mosta, kien qed jimmanuvra fis-sit tal-Magħtab meta għal xi raġuni nqaleb.
Fuq il-post issejħet ambulanza kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif ir-raġel spiċċa maqbud fit-trakk.
Hu nħareġ mit-trakk fejn ittieħed l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċerifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.