Raġel ta’ 64 sena mill-Marsa, ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura, wara li ħabat bil-karozza li kien qed isuq ma’ trakk tal-għamla DAF (CF).
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:00 ta’ waranofsinhar, fi Triq Garibaldi direzzjoni lejn il-Marsa.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa, filwaqt li s-sewwieq tat-trakk ma weġġax.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.