Sewwieq ta’ jet ski qed jingħata l-kura għal ġrieħi f’daharu wara inċident fil-bajja tal-Għadira.
Jidher li s-sewwieq, li huwa mill-Libja u għandu 26 sena, tilef il-kontroll tal-jet ski kawża ta’ mewġa qawwija, bil-konsegwenza li din waqgħet fuqu.
Uffiċjali tar-Red Cross immobilizzaw lill-vittma fl-ilma qabel ma’ dan ittella’ fuq l-art u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.
Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi.