Sirjan ta’ 43 sena, li joqgħod Santa Venera u li kien passiġġier f’high-up ittieħed l-isptar għal aktar kura wara li t-trakk spiċċa mmejjel fuq bankina qrib l-appartamenti li jinsabu fl-inħawi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2:50 ta’ waranofsinhar fi Vjal de la Cruz.
Fuq il-post ssejħet l-assistenza tal-membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei, li għenu lir-raġel biex jinħareġ mit-trakk.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżda l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.