Żewġt kummisjonanti u careworker ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li m’ammettewx l-involviment tagħhom fi ħruġ ta’ informazzjoni kunfidenzjali dwar persuni li jkunu mietu l-isptar.
Mario Lia u Angelo Vella, it-tnejn minn Ħaż Żabbar dehru quddiem il-qorti mixlija li kkorrompew lill-careworker Anthony Mercieca li ġie mixli li xerred informazzjoni sensittiva, li xxaħħam u li kien riċediv.
Fil-qorti ngħad li ż-żewġt kummisjonanti offrew is-servizzi tagħhom lil iben raġel li kien miet meta l-awtoritajiet mediċi kienu għadhom lanqas biss avżawh bil-mewt ta’ missieru.
Il-Maġistrat Monica Vella li mexxiet il-każ tat il-ħelsien mill-arrest lit-tliet akkużati b’ garanzija personali ta’ għaxar t’elef ewro kull wieħed.