Il-katavri ta’ tlett itrabi ttellgħu mill-baħar wara li dgħajsa li kienet qed iġġorr madwar 120 migrant inqelbet ftit ‘il bogħod mil-Libja.
Il-gwardja tal-kosta tal-pajjiż qalu li madwar mitt persuna jinsabu mitlufa fil-baħar fejn qed jingħad li hemm biża’ li jaf tilfu ħajjithom.
Madwar 16-il persuna oħra li kienu fuq dingy ġew salvati. S’issa għadu mhux ċar minn fejn telqu u lanqas meta.
Kelliem għall-gwardja tal-kosta qal li migranti li salvaw qalu li l-bastiment kien qed iġorr 120 migrant meta nqelbet ftit il-bogħod mill-kapital tal-Libja, Tripli.
Dawk li salvaw ittieħdu fil-villaġġ ta’ Tajoura.