Il-poloz tal-Kompetizzjonijiet BOV Knockout tal-Basketball Knockout għall-Ewwel Diviżjoni tal-BOV Irġiel u l-BOV Amateur League titellgħu minn Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta u Paul Sultana, President tal-Malta Basketball Association fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali.
Seba’ timijiet se jkunu qed jikkompetu għal dan l-unur prestiġjuż f’kull diviżjoni bin-Knockout tal-BOV Amateur League tibda fil-15 ta’ Novembru 2024 bil-finali tintlagħab fl-1 ta’ Diċembru. In-Knockout tal-1 Diviżjoni tal-BOV qed issir aktar tard fl-istaġun u tibda fis-16 ta’ Frar 2025 bil-finali tkun ikkontestata fit-2 ta’ Marzu 2025.
‘Qed nassistu għal żieda kostanti fl-interess fil-logħba tal-basketball bi klabbs ġodda jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tagħna bin-numru ta’ timijiet issa jammontaw għal 14,’ qal il-President tal-MBA Pawlu Sultana. ‘Il-formazzjoni ta’ klabbs ġodda se tirriżulta f’żieda ta’ plejers li jikkompetu fl-ogħla livell tal-basketball lokali u dan ser jikkontribwixxi biex jgħolli l-livell tal-logħba, li huwa l-għan aħħari tal-Malta Basketball Association.’
‘Il-kollaborazzjoni bejn il-Bank of Valletta u l-Malta Basketball Association tmur lura għas-snin sebgħin, u din is-sena hija tragward importanti għaż-żewġ organizzazzjonijiet, fejn il-BOV qed jiċċelebra l-50 Anniversarju tiegħu bl-MBA tilħaq is-60 sena tagħha,’ qal is-Sur Agius. ‘Iż-żewġ organizzazzjonijiet dejjem stinkaw matul is-snin biex joffru l-ogħla livell ta’ servizz fil-qasam tagħhom u aħna fil-Bank of Valletta ninsabu kuntenti li qegħdin hawn ntellgħu il-poloz tal-kompetizzjonijiet BOV Knockout Competitions bl-akbar numru ta’ timijiet f’diversi snin.’
Is-Sur Sultana u s-Sur Agius ipproċedew biex itellgħu il-poloz kif ġej: