Illum, għall-ħabta tat-tlieta neqsien kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien intlemaħ raġel f’wiċċ il-baħar, fl-inħawi magħrufa bħala tat-Toqba, Mellieħa.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel investigazzjoni deher li raġel Korejan ta’ 43 sena li jirrisjedi s-Swieqi sab ruħhu f’diffikulta’ waqt li kien qed jgħum. Huwa ttella’ l-art permezz ta’ helicopter u ttieħed permezz ta’ ambulanza l-isptar Mater Dei ghal aktar kura iżda huwa ġie ċċertifikat mejjet .
Dwar il-każ infetħet inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.