Raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar ittella’ mejjet mill-baħar wara li xi nies rawh jaqa’.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:15 ta’ filgħodu fi Triq il-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.
Xi sajjieda li kienu fuq il-post pruvaw jgħinuh iżda sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu fuq il-post.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Caroline Farrugia Frendo.
L-istħarriġ tal-Pulizija dwar dan il-każ għadu għaddej.