Anzjan Ingliż ta’ 77 sena instab mejjet fil-baħar fl-inħawi ta’ Delimara.
Is-sejba saret għall-ħabta tas-sitta tal-Ġimgħa filgħodu wara tfittxija milll-membri tal-Forzi Armati kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Din is-sejba ssoktat hekk kif il-Ħamis għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm jott li kien inqata’ mill-irmiġġ u kien qed jaħbat mal-breakwater ta’ Marsaxlokk kawża tal-mewġ qawwi li kien hemm.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li fuq dan il-jott kien normalment joqgħod fih l-Ingliż.
X’aktarx l-anzjan kien fuq il-jott fil-ħin tal-inċident.
Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ordna li ssir inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.