Anzjan ta’ 81 sena minn San Pawl il-Baħar tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fil-Qawra.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li kien għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart tal-ilbieraħ filgħaxija x’ħin ġew infurmati.
Hawnhekk marru fuq il-post, il-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Union fejn xi nies indikaw li fil-baħar hemm raġel x’aktarx mejjet.
Immedjatament fuq il-post marret lanċa tal-Forzi Armati fejn r-raġel ittella’ fuqha u ttieħed fil-Bażi Marittima f’Xatt it-Tiben, fejn sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u nħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin.