Għal sena oħra, Rockestra kienet ta’ suċċess. Din kienet it-13-il edizzjoni u l-ewwel darba li saret fil-beraħ fl-MFCC f’Ta’ Qali.
Il-President ta’ Malta, George Vella, qal li avveniment bħal dan jgħin sabiex il-Malta Community Chest Fund tibqa’ tgħin lil dawk li huma fil-bżonn. Barra minn hekk qal li kien impressjonat bl-entużjażmu u l-interess tal-folla u tal-artisti.
Id-Direttur Artistiku ta’ Rockestra, Paul Borg Bonaci, u d-Direttur Mużikali ta’ Rockestra, Mro. Sigmund Mifsud, qalu li jinsabu sodisfatti; dan għaliex kien hemm varjetà vasta ta’ mużika u qalu li in-numru tal-folla kien wieħed pjaċevoli.
Il-President George Vella rringrazzja lill-artisti u lill-voluntiera kollha, li mingħajrhom dan l-avveniment ma’ kienx ikun possibli.
Huwa temm billi ħeġġeġ lill-pubbliku jkompli jieħu sehem fl-attivitajiet li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin biex jinġabru aktar fondi għall-Malta Community Chest Fund.
Waqt il-kunċert ġiet imfakra l-memorja tar-Reġina Eliżabetta kif ukoll l-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju, filwaqt li sellu l-memorja tal-kantanti Chris Scicluna u it-Triccas li ħallew din id-dinja din is-sena.