Ilbieraħ filgħaxija, fil-Palazz Girgenti, ittellgħet b’suċċess it-tielet edizzjoni tal-kunċert ‘A Night at the Palace’, bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
L-edizzjoni ta’ din is-sena kienet iddedikata liż-żagħżugħ Jake Vella u waqt il-kunċert inġabru donazzjonijiet b’riżq is-santwarji tal-annimali.
Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela, flimkien ma’ binthom Giorgia Mae kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ bosta familji li attendew għal din is-serata mill-isbaħ.