L-ebda gowl, iżda erba’ flokijiet mqattgħajn u ballun mifqugħ. L-azzjoni bejn Franza u l-Isvizzera li ntlagħbet Lille l-Ħadd li għadda spiċċat bl-iskor finali ta’ 0-0.
Matul din il-logħba spikkat ir-rabja tal-Isvizzeri għall-materjal tal-flokijiet użat, dan għaliex erba’ mill-istess kits spiċċaw imċartin. Il-winger Xherdan Shaqiri li jilgħab mat-tim Svizzeru instema jgħid: “Nittama li d-ditta Puma ma jipproduċux condoms”
Il-plejer Granit Xhaka li huwa l-midfielder il-ġdid tal-Arsenal kellu jbiddel il-flok darbtejn matul din il-partita filwaqt li Admir Mehmedi u l-istriker Breel Embolo kellhom ukoll jagħmlu dan, wara li fit-tensjoni tal-logħba spiċċaw bil-flok imqatta’.