Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa ttajjar minn karozza tal-għamla Seat Ibiza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ tmienja u erbgħin sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Diċembru Tlettax.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku.
Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.