Tliet Sudaniżi li għandhom ħamsa u għoxrin u tletin sena ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs, filwaqt li żagħżugħ Sudaniż ta’ sbatax-il sena ġie lliberat wara li użaw passaporti mhux tagħhom.
Fil-Qorti ntqal kif il-Ġimgħa għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu huma ġew imwaqqfa mill-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali wara li kellhom passaporti li ma kinux tal-imputati.
Is-Sudaniżi għall-akkużi ammettew l-akkuzi miġjuba kontrihom.