Zyad Mohammed Drebeka u Ahmed Rasem Franko, żewġ persuni ta’ nazzjonalità Libjana ta’ 23 u 29 sena rispettivament, tressqu l-Qorti wara li kienu mfittxija mill-Pulizija b’konnessjoni mal-mewt ta’ Kolumbjan.
Dan inqatel wara argument li seħħ nhar il-Ħamis, 19 ta’ Mejju, f’stabbiliment f’Paceville.
Il-Pulizija sabu liż-żewġ Libjani mistoħbija f’gwardarobba f’residenza f’San Lawrenz, fi Triq il-Wileġ, f’Għawdex. Fit-tfittxija nstabet ammont ta’ droga Kannabis u affarjiet relatati ma’ droga.
L-irġiel wieġbu mhux ħatja ta’ qtil iżda ma talbux il-ħelsien mill-arrest.