Żewġ immigranti mis-Sudan u l-Mali ngħataw sitt xhur ħabs u Eritrean ta’ sittax-il sena ngħata tmien xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ffalsifikaw passaporti.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Hubert Gerda ntqal kif is-Sibt użaw passaporti foloz biex ippruvaw jitilqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.