Il-Pulizija ressqet tmien persuni l-Qorti fosthom imprendituri Maltin li kienu involuti f’ċirku ta’ traffikar ta’ persuni lejn Malta biex jaħdmu fil-qasam tat-tindif.
Il-każ ġiet irrapportat lill-Pulizija l-Ħamis li għadda wara ħidma intensiva minn Identity Malta.
Dan wara li xhur ilu bdiet tagħrbel b’reqqa kbira l-applikazzjonijiet li bdew isiru minn imprendituri lokali għall-permessi ta’ residenza u xogħol minn persuni barra mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-tindif.
Għal aktar informazzjoni ara wkoll: http://www.one.com.mt/2018/03/02/9-arrestati-fuq-traffikar-ta-14-il-persuna/