Seba’ profesjonisti fil-mediċina tressqu l-Qorti fl-Arġentina akkużati b’omiċidju fil-każ tal-mewt tal-footballer internazzjonali Diego Maradona, li miet fil-25 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet fl-għomor ta’ 60 sena.
L-awtopsja kienet iddeterminat li l-eks footballer miet kawża ta’ ilma fil-pulmun minħabba problema kronika f’qalbu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Jekk l-akkużati jinstabu ħatja li naqsu milli jaqdu d-dmirhom sew fil-kura ta’ Maradona, huma jistgħu jintbagħtu bejn tmien u 25 sena ħabs.