Fit-Turkija kienu interrogati l-mitejn u għoxrin suspettat wara l-attentat l-kolp ta’ Stat fis-sajf li għadda, kollha kemm huma jkunu uffiċċjali militari.
Il-folla li nġabret biex tara lill-akkużati jitresqu ġewwa Ankara kellhom biss kliem dispreġjattiv għalihom- tant li kien hemm min qal li ħaqqhom il-piena tal-mewt, iżda l-liġi Torka ma tippermettix li dan isir.
Wara l-kolp ta stat f’Lulju li għadda iktar minn mitt elf ħaddiem tas-servizz pubbliku tkeċċa mill-impjieg u kienu arrestati ukoll diversi għalliema.