Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu, arrestat persuna ta’ nazzjonalita’ Sirjana ta’ 48 sena, li kien imfittex b’Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-Ungerija.
Ir-raġel se jitressaq il-Qorti llum fis-siegħa ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Nadine Lia.
L-istess Mandat ta’ Arrest Ewropew jindika li l-istess persuna hija mfittxija fuq traffikar ta’ persuni kif wkoll li ffaċilita’ permessi ta’ dħul u residenza llegali.