Illum fil-Qorti se jkun qed jitressaq ix-xufier ta’ taxi li kien involut f’inċident f’San Ġiljan. Inċident li fih tilfet ħajjitha t-tfajla Rumena, Loredana Nemes, ta’ 19-il sena residenti l-Italja.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs tal-Erbgħa filgħodu taħt il-mini ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan.
Stħarriġ preliminari wera li t-tfajla sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 59 sena mill-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.