Franċiż ta’ 24 sena nġieb f’pajjiżna sabiex jaffaċċja l-ġustizzja wara li nstab fil-Finlandja. Dan hekk kif qed ikun akkużat li xtara id-deheb b’ 270,000 ewro flus foloz.
Il-prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti kif l-akkużat Brindo Jovanovic iltaqa’ mal-vittma u hemmhekk laħqu qbil fuq id-deheb. Madankollu, allegatament ir-raġel uża mazz flus veri biex jinganna lill-bejjiegħ u fl-envelopp tefa’ l-flus foloz.
Fil-Finlandja, fejn instab l-akkużat huwa kien qed ikun investigat fuq akkużi simili. Filwaqt li l-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, il-Qorti ffriżat l-assi tal-akkużat filwaqt li ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.