Raġel ingħata l-libertà kkundizzjonata wara li wieġeb ħati li pprova jifga lil martu. Huwa ġie akkużat li wassal lill-mara li tibża li se tintuża vjolenza fil-konfront tagħha, li nsultaha u heddidha kif ukoll li attakkaha.Fil-Qorti ħareġ kif il-mara rnexxilha tirrekordja lil żewġha jipprova jifgaha billi jdawwar wajer ma’ għonqha.
Il-Qorti innutat l-ammissjoni tal-akkużat, u tagħtu l-libertà kkundizzjonata. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.
Il-Qorti ordnat divjett fuq l-ismijiet kollha.