Aled Llyr Thomas ta’ 26 sena mir-Renju Unit, tressaq il-qorti akkużat li għamel ħsara fuq propjeta pubblika u li kien xurban f’post pubbliku. Il-każ ġara t-Tnejn li għadda fi Qui-Si-Sana f’Ta’ Sliema xħin l-Ingliż beda jiġbed poġġaman tal-ħadid li hemm biswit il-bajja, bil-konsegwenza li nqala’ minn mal-istruttura u bl-ammont ta’ ħsara jkun ta 250 ewro.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech saħqet li għalkemm l-akkużat ikkopera mal-Pulizija u ħallas il-ħsarat lill-Kunsill Lokali ta’ Sliema xorta waħda ser qed tkun tiċċapaslu l-kondotta.