Clifton Attard ta’ 32 sena li m’għandux indirizz fiss u li ma jaħdimx inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li għamel numru ta’ serq fl-aħħar ġimgħat.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija bdiet tinvestigata xi serq li sar bejn Lulju u Awwissu u waslu għall-arrestat tal-imputat. Intqal li l-akkużat ħareġ mill-ħabs fl-20 ta’ Lulju li għadda u l-ewwel serqa għamilha jumejn wara.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif intqal li għandu problema tad-droga.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.