Raġel ta’ 31 sena mill-Fontana tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li s-Sibt għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħaxija fi Pjazza San Franġisk u fi Triq Enrico Mizzi fir-Rabat Għawdex, attakka, hedded u rreżista l-arrest tal-Pulizija waqt li kien fis-sakra.
Huwa kien akkużat ukoll li m’obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija u li kien riċediv.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.