Mohamed Said Ahmed, Somalu ta’ 32 sena, tressaq il-Qorti mixli b’numru ta’ akkużi relatati mal-bejgħ ta’ diversi passaporti foloz.
Id-difiża ma’ kkontestatx l-arrest u l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Fi stqarrija mill-pulizija ilbieraħ, intqal li l-akkużat ġie arrestat wara li allegatament kien il-moħħ ta’ bejgħ ta’ diversi passaporti u permessi ta’ residenzi foloz.
B’dawn id-dokumenti huwa kien allegatament qed jassisti persuni oħra jidħlu jew joħorġu minn Malta.
Huwa ġie arrestat it-Tlieta filgħaxija waqt rejd fid-dar tiegħu f’Wied il-Għajn. F’dan ir-rejd il-pulizija sabet diversi dokumenti foloz, kif ukoll dokumenti oriġinali misruqa.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/10/14/ragel-arrestat-wara-li-allegatament-biegh-diversi-passaporti-foloz/