Is-Sirjan li pponta subajh lejn uffiċjal fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa illum issejjaħ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Khaled Ben Nasan ta’ 45 sena li jgħix is-Swieqi wieġeb mhux ħati ta’ frodi u estorsjoni wara li allega li Neville Gafa daħħal il-flus fil-but meta ingħataw visas mediċi lil nies Libjani. Fil-Qorti, Gafa qal li Ben Nasan kien jheddu.
L-ispettur Rennie Stivala iddikjara li ladarba hemm suspett li sar rapport falz mis-Sirjan, il-Pulizija tista’ tieħu passi kriminali, anke jekk isir ilment mill-akkużat. Fil-Qorti ntqal li wara l-allegazzjonijiet, Gafa ingħata transfer lejn il-Ministeru għal Għawdex.
L-ispettur Stivala qal li kien tkellem ma’ Maria Bugeja, li kienet Kap Eżekuttiv tal-Isptar Saint James, li qalet li qatt ma rat każijiet fejn Gafa aġixxa ħażin. Stivala nnifsu qal li l-investigazzjonijiet ippuntaw lejn l-innoċenza ta’ Gafa. Ebda flus ma nstabu fl-uffiċju ta’ Gafa, fejn Ben Nasan qal li aktarx kienu se jintabu l-flus li allega li daħħal Gafa.
F’Awwissu 2016, Ben Nasan ressaq ħa passi kriminali u allega li kien qed jirċievi telefonata minn persuna li għedditu u lil familtu. Iżda mill-investigazzjoni tal-PUlizija rriżulta li n-numru li minnu Ben suppost irċieva t-telefonati ma saru ebda telefonati lejh fil-perjodu li speċifika s-Sirjan.
F’Settembru 2016, il-Pulizija investigat każ ieħor fejn Ben Nasan qal li kien qed jirċievi telefonati mill-istess numru li fuqu kien sar theddid. Iżda l-Pulizija sabet li kien numru b’kuntratt irreġistrat fuq Ben Nasan innisfu, xahrejn qabel.
Il-każ se jkompli jinstema’ f’Settembru li ġej.