Sudaniż ta’ ħamsa u erbgħin sena li jgħix Birżebbuġa, se jitressaq il-Qorti għall-ħabta tal-10:15 ta’ dalgħodu, b’rabta ma’ attentat ta’ serqa u feriment li seħħ fil-Marsa.
Huwa ġie arrestat nhar l-Erbgħa li għadda, viċin il-Ġnien 6 ta’ Awwissu fil-Marsa, mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post il-Pulizija sabu raġel ferut. Minn stħarriġ li sar mill-Pulizija tad-Distrett kien irriżulta li raġel allegatament ipprova jisraq minn fuq il-vittma.
Huwa identifikat bħala Niġerjan ta’ 31 sena li jgħix l-Imsida, irreżista u l-aggressur allegatament tah daqqa ta’ mus f’idu u ħarab. Aktar tard, in-Niġerjan ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Aqra wkoll: