Carmel Spiteri tressaq il-Qorti akkużat b’tixħim f’każ li jmur lura għal Awwissu tal-2017 fejn allegatament talab €500 sabiex jgħin isolvi intopp.
Il-Qorti semgħet ix-xhieda ta’ Samantha Żerafa uffiċjal pubbliku fi ħdan id-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali fejn qalet li gwidat lill-individwu għand Spiteri. Madanakollu wara li ħalliet liż-żewġ irġiel jiddiskutu, ftit tal-ħin wara r-raġel rritorna jgħidilha li Spiteri talbu €500 sabiex issolvilu kwistjoni.
Żerafa kompliet tgħid li malli semgħet l-ilment tar-raġel li kellha tgħid lill-Ministru kkonċernat fejn staqsa biex jiltaqa’ mar-raġel li ressaq l-ilment.
Żerafa li kienet preżenti għall-laqgħa bejn il-Ministru u r-raġel qalet li l-istess raġel għandu recordings tad-diskors bejnu u bejn Spiteri.
Intant Spiteri wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Maġistrat Simone Grech qed tisma’ l-każ.