Gordon Calleja ta’ 44 sena minn Ħal Luqa tressaq il-Qorti akkużat li nhar it-Tnejn fil-ħdax ta’ filgħodu ġewwa l-Lion Pastizzeria pprova joqtol lil Nicholas Bezzina b’daqqiet ta’ sikkina. Dan filwaqt li huwa ġie akkużat ukoll li bi vjolenza seraq is-somma ta’ 400 ewro lill-Bezzina.
Il-kaz seħħ it-Tnejn li għadda meta l-pastizzar li kien jaf lil Calleja safa misruq u aggredit minnu b’sikkina. Ir-raġel ferut qasam it-triq mimlija dmija u daħal fl-għassa tal-pulizija jitlob l-għajnuna filwaqt li allegatament l-aggressur baqa’ barra l-għassa jistenna bis-sikkina f’idu. Kif lemaħ il-pulizija ħerġin huwa ħarab minn fuq il-post b’karozza u ġie arrestat ftit minuti wara fid-dar tiegħu.
Fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontriħ. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-ispetturi Kurt Zahra u Pawlu Camilleri qalu fil-Qorti kif il-konsulent li qed isegwi lil akkużat fl-isptar Monte Karmeli qal li Calleja jinsab f’mentalment stabbli tant li jista’ jaffaċja l-akkużi fil-Qorti. Madankollu huwa rrakomanda li jibqa jittieħed fl-isptar għall-kura.
F’dan id-dawl, l-avukat Noel Bartolo li deher għal Calleja qal li ma kienx se jitlob għal-libertà proviżorja. Huwa inżamm taħt l-arrest bil-qorti tirrakomanda lid-direttur tal-faċilità korrettiva ta’ kordin sabiex jibqa’ jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli. Il-Każ ikompli .