Fi Franza, mara u tliet irġiel tressqu l-Qorti akkużati li libsu uniformi tal-pulizija falza u li serqu flus u oġġetti ta’ valur lill-persuni barranin li jgħixu fi Franza.
Il-Franċiżi ilhom mis-17 ta’ Marzu f’lockdown u joħorġu biss għall-bżonnijiet, filwaqt li meta jkunu barra jridu jġorru ċ-ċertifikat li jindika r-raġuni għalfejn huma jinsabu barra minn djarhom. L-akkużati, li huma Iranjani, kienu qed iwaqqfu lin-nies jitolbuhom dan iċ-ċertifikat filwaqt li jisirquhom sakemm ikunu qed ifittxulhom fil-basktijiet tagħhom.
Il-Pulizija Franċiża qed taħseb illi s-suspettati serqu madwar €25,000.