Madwar mitt tifel u tifla li qed jattendu SkolaSajf f’Pembroke tgħallmu l-proċess ta’ kif titħawwel siġra. Dan f’attivita’ fl-iskola Primarja tal-lokal, fejn b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali, tħawlu żewg siġar tal-għargħar fit-triq tal-iskola.
Kull tifel u tifla partecipi ħawlu wkoll żerriegha tas-siġra indigena tal-fraxxnu, li f’pajjizna hija rari ħafna, u li se jkunu jistgħu jeħduha magħhom id-dar bħala simbolu tal-attivita’.
Min m’għandux post fejn iżommha f’daru, il-pjanta tittieħed mid-Dipartiment tal-P.A.R.K.S. fi ħdan l-MSDEC biex titħawwel fil-Buskett.
Intant, dan l-eżerċizzju qed isir f’kull lokalita li fiha hemm SkolaSajf, bil-għan li t-tfal jitrawmu minn eta’ zghira dwar l-aspett ta’ ambjent aktar nadif.