Clint Zammit ta’ 33 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal tliet snin talli jidher li kien il-moħħ wara serqa u ħsarat f’karozza li tħalliet ipparkjata barra mill-foss tal-Imdina f’Settembru tal-2019.
Hawnhekk sid il-karozza kien sabha bil-ħġieġ u l-bieba mkissra u b’xi ħsarat oħra.
Mill-investigazzjonijiet li saru nstab li l-marki tas-suba’ tax-xellug u tal-pala tal-id tal-lemin li nstabu fuq il-karozza, jaqblu ma’ ta’ Zammit.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li Zammit għandu jingħata l-aħħar opportunità biex jaqbad it-triq it-tajba taħt is-sorveljanza ta’ uffiċjali għal probation.