Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali mmexxi minn Michael Farrugia qassmu fondi lil diversi għaqdiet mhux governattivi li jassistu lid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD).
Farrugia faħħar għal mod kif jirreaġixxu dawn l-NGOs għas-servizz tagħhom. Tenna li huwa jqishom bħala punt importanti li jħarsu lejhom wkoll permezz ta’ dawn id-desktop exercises li qed isiru sabiex titkompla titjieb l-kooperazzjoni.
Dawn l-eżerċizzji jservu sabiex tidentifika u tindirizza s-sitwazzjoni f’dak l-istadju. Ċertu ċirkostanzi isir taħriġ sabiex ikun hemm koordinament mingħajr ma tipperikola l-hajja ta’ kwalunkwe individwu saħansitra anke tal-istaff stess.
![Untitled design (2)](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/11/17155732/Untitled-design-2-23-585x306.jpg)
![pr192447e](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/11/17155736/pr192447e-585x406.jpg)
![pr192447d](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/11/17155741/pr192447d-585x406.jpg)
![pr192447c](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/11/17155746/pr192447c-585x406.jpg)
![pr192447b](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/11/17155751/pr192447b-585x399.jpg)
Huwa rrefera għas-servizz tagħhom bħala servizz li taw lin-nazzjon u mhux lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biss semma wkoll l-assistenza tagħhom fil maltempata ta’ Frar u kif ukoll l-assistenza tagħhom f’sitwazzjonijiet oħra bħal meta jidhlu l-immigranti f’pajjiżna. Liema assistenza għenet sabiex joffru l-faċilitajiet bżonjużi.
Is-sena li għaddiet l-fond tela’ minn €25,000 għal €30,000 l-Ministru saħaq li qed jiġi kkonsidrat li ‘l quddiem dawn il-grants jkomplu jogħlew. Semma wkoll li bħala ministeru qed joffru wkoll li jikkontribwixxu li jinbidlu l-vetturi skont l-ħtiega u jingħataw grant għalihom ukoll.
Fondi bħal dawn jkompli jinkoraġixxu l-ħidma sfiqa li jwettqu dawn l-individwi senza interessi għal ġid tas-soċjetà.