Mijiet ta’ persuni li fl-aħħar snin tilfu xagħarhom minħabba xi marda, qegħdin jingħataw parrokka magħmula minn xagħar tal-Maltin u l-Għawdxin, stess, li ngħataw bħala donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund.
Ma’ ONE NEWS, Matilde Balzan, il-Koordinatriċi ta’ dan il-proġett qalet li fl-aħħar sentejn kompla jiżdied l-ammont ta’ persuni li għandhom bżonn parrokka.