Alexei Navalny ta’ 44 sena, esponent ewlieni fl-Oppożizzjoni Russa u kritiku tal-President Russu Vladimir Putin, ttieħed l-isptar wara suspett li ġie vvalenat.
Huwa instab mitluf minn sensih.
Il-każ seħħ waqt li hu kien fuq titjira lejn Moska minn Tomsk. L-ajruplan kellu jagħmel inżul t’emerġenza f’Omsk biex Navalny jittieħed l-isptar. Qed jiġi allegat illi l-valenu kien imħallat mat-te li kien qed jixrob.
F’Ġunju li għadda, Navalny iddeskriva l-vot fuq ir-riformi kostituzzjonali, li jagħtu iżjed poter lill-President Putin, bħala kolp ta’ stat u ksur tal-kostituzzjoni.