Il-Ħamis filgħodu bdew jitpoġġew it-travi għat-tielet flyover fil-Junction tal-Marsa, dan f’inqas minn ġimgħa mill-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ strutturi minn sebgħa tal-flyovers.
Fuq Twitter il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Fredrick Azzopardi qal kif ix-xogħol fuq il-ħames flyovers l-oħra ser ikompli din il-ġimgħa, b’żewġ flyovers ser ikunu lesti sa tmiem Jannar tas-sena d-dieħla.
After opening first 2 #MarsaJunctionProject flyover structures last Friday, works on the other 5 flyovers are continuing this week. @InfraMalta lifting & setting steel beams of 3rd flyover this morning. Next 2 flyovers will be ready end January 2020. pic.twitter.com/kU3r7MT82p
— Fredrick Azzopardi (@F_Azzopardi) September 26, 2019