Ftit tal-jiem ilu persuna jew persuni li l-identità tagħhom għadha mhux magħrufa tefgħu velenu fl-ikel tal-qtates li jkun barra, fi Triq Sardinella fil-Fgura.
B’reazzjoni għal dan, il-Kunsill Lokali tal-Fgura kkundanna dan l-aġir irresponsabbli u sostna li qed jieħu l-passi neċessarji sabiex jinqabdu dawn il-persuni u jittieħdu l-passi kontrihom.
Il-Kunsill Lokali tal-Fgura qal li lest li jaħdem id f’id mal-Awtoritajiet sabiex ix-xiri ta’ dan il-velenu jiġi kkontrollat u pprojbit li jinbiegħ fis-suq mingħajr ebda identifikazzjoni.
Il-Kunsill Lokali tal-Fgura ħeġġeġ lill-pubbliku inġenerali biex jirrapporta kull abbuż li jiltaqa’ miegħu.