Tpoġġa l-aħħar travu tal-azzar tat-tieni flyover tal-proġett tal-Marsa Junction.
Ix-xogħol fuq dan il-proġett għaddej b’ritmu mgħaġġel sabiex sal-aħħar ta’ Settembru jinfetħu l-ewwel żewġ junctions.
F’kitba fuq Facebook, il-Ministru tat-Transport Ian Borg qal li dan il-proġett se jkun qed itejjeb l-infrastruttura fir-rotta ewlenija minn u lejn in-nofsinhar ta’ pajjiżna.