Persuna fuq is-sit soċjali ta’ Facebok qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku dwar informazzjoni fuq raġel kunjomu Thomson, li hu residenti l-Qawra u għandu kelba jisimha Sophie.
Jidher li din l-persuna qed issostni li l-istess raġel ħalla l-kelba tiegħu Sophie f’Tat-Tarġa Kennels, post fejn wieħed jieħu l-kelb jew kelba biex jiġu mħarrsa meta persuna tkun imsiefra għal xi żmien, iżda sid Sophie għadu ma rritornax lura.
L-istess persuna qalet li jidher li dan il-persuna qishu donnu sparixxa u abbanduna lill-kelba hemm.
Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni għandu jikkuntattja lil tat-Tarġa Kennels.