Qed jiżdiedu t-talbiet fl-Afrika t’Isfel sabiex il-familja rjali tar-Renju Unit tirritorna l-akbar djamant clear-cut fid-dinja.
Id-djamant magħruf bħala Great Star of Africa kien maqtugħ minn ġawhra akbar li kienet tqattet minn minjiera fl-Afrika t’Isfel fl-1905; u li kienet ingħatat lill-familja rjali Brittanika mill-awtoritajiet kolonjali tal-Afrika t’Isfel.
Dan id-djamant bħalissa jinsab immuntat fuq xettru rjali tar-Reġina.
It-talbiet għal dan id-djamant u oħrajn żdiedu wara l-mewt tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni. Bosta ċittadini tal-Afrika t’Isfel iqisu l-akkwist ta’ dan il-ġojjelli mill-Gran Brittanja bħala lleġittimu.
Fil-fatt, aktar minn 6,000 persuna ffirmaw petizzjoni li fiha qed jitolbu biex il-Great Star of Africa jirritorna u jittpoġġa f’mużew fil-pajjiż.
Ritratt: Getty Images