Il-ġenituri ta’ Matthew Bartolo, il-ġuvni ta’ 17-il sena li tilef ħajtu waqt li kien qed jaħdem f’fabbrika tal-għamara qed jitolbu kumpens minn sid il-kumpanija.
L-inċident jeħodna lura fl-2015, meta Bartolo kien qed jopera magna tal-injam waqt il-ħin tax-xogħol u nqabad minn qaddu.
Skont il-koppja Bartolo, il-mewt ta’ binhom huwa riżultat ta’ traskuraġuni tas-sidien ta’ Construct Furniture, li ma osservawx regoli bażiċi ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
L-ittra ġudizzjarja li huma stess ippreżentaw fil-qorti l-Ġimgħa filgħodu tgħid li għalhekk il-kumpanija għandha tinżamm responsabbli.
Tallbu li fi żmien ġimgħa, il-kumpanija tħallas lill-familja tal-vittma tal-ħsara li saret, u li għadha trid issir minħabba l-inċident traġiku. Nuqqas ta’ koperazzjoni se tirriżulta f’azzjoni legali ħarxa, qalu l-ġenituri fl-ittra.