L-organizazjoni non-governattiva taċ-ċiklisti Bicycling Advocacy Group ħadet pożizzjoni b’saħħitha favur il-protezzjoni tal-membri tl-ekwiġaġġ tal-ambulanzi, li jgħatu servizz pubbliku, kif ukoll favur protezzjoni legali għall-uffiċjali tal-Pulizija.
Fi stqarrija BAG saħqet li dejjem jintalab l-infurzar iżda jintesa’ li l-irġiel u n-nisa tal-forzi tal-ordni ipoġġu lilhom nnifushom f’riskju ta’ ritaljazzjoni kull darba li jmorru biex jikkoreġu lil xi ħadd, waqt xi inċident kif ukoll iktar tard.
Wasal iż-żmien li l-liġi tiproteġi lilhom u lill-familji tagħhom iktar qalet l-organizzazzjoni għaliex dawn kultant anke jiħu mhedda. Skont l-organizzazzjoni wasal iż-żmien li dawn l-affarijiet ikunu immaġinabbli u inaċċetabbli u li jiġu protetti.