Il-Gvernatur ta’ Florida qal li n-nies għandhom dritt ikunu jafu kif il-bini ta’ 12-il sular iġġarraf f’Miami, hekk kif għadha għaddejja t-tfittxija għall-aktar persuni li huma maħsuba li ntradmu qalb it-tifrik.
S’issa għad hemm 159 persuna rrapportati nieqsa, bl-uffiċjali jikkonfermaw li t-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom tela’ għal erbgħa; madanakollu għadu mhux magħruf kemm kien hemm nies ġewwa fil-ħin tal-inċident.