Każ ta’ tifel li rifes fjakkola u ħaraq siequ waqt purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Belt spiċċa quddiem il-Qorti hekk kif il-ġenituri tat-tifel qed isostnu li sentejn wara li seħħ dan il-każ, it-tifel għadu muġugħ u sofra minn feriti permanenti.
It-tifel għandu 15-il sena u ntqal li huwa jweġġa’ meta anki jilbes jeans jew il-qalziet tal-uniformi tal-iskola.
Il-ġenituri qed ifittxu għad-danni iżda sa issa ħadd ma resaq ‘il quddiem biex jagħmel dan.
Fost dawk imfittxija mill-familja hemm l-Arċikofraternità ta’ Ġieżu u l-Arċipriet tal-Knisja ta’ San Pawl.
Il-ġenituri qed jgħidu li ma kien hemm l-ebda sinjal li hemm fjammi mal-art u fir-rassa tal-folla, huma ma ndunawx bil-fjakkoli mal-art.